Yorgen Fenech Se Jgħaddi Ġuri – Jista’ Jeħel Għomru L-Ħabs
Dalgħodu, ġew preżentati l-akkużi formali mill-Avukat Ġenerali fil-konfront ta’ Yorgen Fenech fejn issa mistenni jiffaċċja dawn f’ġuri b’rabta mal-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
B’dan l-iżvilupp il-proċess tal-kumpilazzjoni tal-evidenza fil-konfront ta’ Fenech issa mistenni jingħalaq, għalkemm fi stadju avvanzat il-kumpilazzjoni tista’ terġa’ tinfetaħ mill-ġdid jekk tiġi ppreżentata evidenza ġdida.
L-intraprenditur Yorgen Fenech se jkun qed jgħaddi ġuri akkużat b’kompliċità fl-assassinju, u anke assoċjazzjoni ma’ ċirku kriminali.
Dwar il-qtil innifsu tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, Fenech jista’ jeħel għomru l-ħabs, filwaqt li dwar l-akkuża ta’ assoċjazzjoni kriminali hu jista’ jeħel sentenza ta’ bejn 20 u 30 sena priġunerija.