Yorgen Fenech Tressaq Il-Qorti Mixli B’Ħasil Ta’ Flus U Frodi
Yorgen Fenech illum reġa’ tressaq il-Qorti b’urġenza quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia mixli b’ħasil ta’ flus u frodi.
Yorgen Fenech ġie akkużat b’ħasil ta’ flus, li akkwista jew kellu fil-pussess tiegħu propjetà miksuba minn attività kriminali jew minn atti ta’ parteċipazzjoni f’attività kriminali. Fenech huwa akkużat b’kompliċità f’dawn ir-reati taħt l-Att dwar il-Ħasil tal-Flus u l-Kodiċi Kriminali.
Huwa ġie akkużat ukoll li dawwar il-profitt għalih għad-detriment tal-kumpanija Glimmer Ltd u li ffroda lill-kumpanija l-ammont li jaqbeż il-€5,000.
Huwa wieġeb mhux ħati għal dawn l-akkużi.
Din kienet it-tieni darba li fi ftit jiem Yorgen Fenech tressaq il-Qorti. Dan wara li ftit ġranet ilu tressaq mixli li xtara armi b’mod illegali.
Huwa qed jistenna wkoll li jgħaddi ġuri fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.