Żagħżugħ Ingliż Isofri Ġrieħi Serji Waqt Argument F’Tas-Sliema

 Żagħżugħ Ingliż Isofri Ġrieħi Serji Waqt Argument F’Tas-Sliema

Żagħżugħ Ingliż ta’ 21 sena sofra ġrieħi serji b’arma li taqta’.

L-inċident seħħ dalgħodu, għall-ħabta tal-5:30am, fl-inħawi ta’ Tignè, Tas-Sliema.

Il-Pulizija marret fuq il-post u mill-ewwel investigazzjoni rriżulta li kien hemm argument bejn Ingliż ta’ 21 sena residenti Birkirkara u raġel ieħor li ħarab minn fuq il-post. Waqt dan l-argument, allegatament, intużat arma li taqta’ u bil-ponta.

L-Ingliż ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Astrid May Grima LL.D li ħatret inkjesta filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com