Boris Johnson U Martu Carrie Qed Jistennew It-Tieni Tarbija Tagħhom

 Boris Johnson U Martu Carrie Qed Jistennew It-Tieni Tarbija Tagħhom

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson u martu Carrie ħabru li qed jistennew it-tieni tarbija tagħhom.

F’post ta’ Instagram, is-Sinjura Johnson, ta’ 33 sena, qalet li qed tistenna dan it-twelid f’Diċembru.

Żvelat ukoll li fil-bidu tas-sena sofriet korriment, li ħallieha “qalbha maqtugħa.”

Hija kitbet li “kwistjonijiet ta ‘fertilità jistgħu jkunu verament diffiċli għal ħafna nies, b’mod partikolari meta fuq pjattaformi bħal Instagram jista’ jidher li kollox huwa sejjer tajjeb.”

“Sibtha ta’ faraġ li nisma’ esperjenzi minn nies li kellhom ukoll telfa u għalhekk nittama li b’xi mod dan li għaddejt minnu jien jista’ jgħin lill-oħrajn ukoll.” Tenniet tgħid Carrie.

Il-koppja Boris u Carrie kellhom l-ewwel tarbija tagħhom, Wilfred, f’April 2020, ftit wara li Boris Johnson, ta’ 57 sena ħareġ mill-kura intensiva kawża tal-Covid-19.

Ritratt: BBC

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com