Żewġ Anzjani Feruti Wara Argument Bejniethom Fil-Ħamrun

 Żewġ Anzjani Feruti Wara Argument Bejniethom Fil-Ħamrun

Żewġ anzjani spiċċaw feruti wara argument li seħħ ilbieraħ, għal xi t-3:30pm, fi Triq il-Ferrovija, il-Ħamrun.

Minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel ta’ 66 sena minn Bormla kien involut f’argument ma’ raġel ieħor ta’ 71 sena mill-Fgura. Iż-żewġt irġiel sofrew xi ġrieħi.

Ir-raġel ta’ 66 sena ġie assistit minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u kien iċċertifikat bi ġrieħi ħfief.

Ir-raġel l-ieħor, ta’ 71 sena mar f’ċentru tas-saħħa u aktar tard kien iċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com