Raġel Ta’ 32 Sena Arrestat B’Rabta Ma’ Żewġ Serqiet Ta’ iPads

 Raġel Ta’ 32 Sena Arrestat B’Rabta Ma’ Żewġ Serqiet Ta’ iPads

Raġel ta’ 32 sena residenti l-Floriana ġie arrestat ilbieraħ wara li allegatament seraq minn żewġ ħwienet.

L-ewwel serqa saret fl-24 ta’ Mejju minn stabbiliment fil-Qawra. Il-pulizija ġew infurmati għall-ħabta tat-tlieta ta’ waranofsinhar, li persuna m’hiex magħrufa serqet Ipad.

L-għada, għal xi l-erbgħa neqsin kwart ta’ waranofsinhar, il-pulizija ġew infurmati li seħħet serqa simili ta’ Ipad, din id-darba minn stabbiliment f’Tas-Sliema.

Wara li ġew elevati filmati minn kameras tas-sigurtà tal-ħwienet, il-pulizija stabbilixxew l-identità tal-allegat ħalliel, li fiż-żewġ każijiet, kien l-istess wieħed. Għaldaqstant, saret tfittxija għalih u kien arrestat ilbieraħ.

Ir-raġel qiegħed jinżamm fil-lockup fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, il-Floriana, u mistenni jitressaq il-Qorti dalgħodu quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Ian Farrugia.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com