24 Sena Ilu Ħallietna Madre Tereża

 24 Sena Ilu Ħallietna Madre Tereża

Madre Tereża Bojaxhiu twieldet fi Skopje fil-Maċedonja fis-26 t’Awwissu tal-1910 u mietet bħal-lum 5 ta’ Settembru tal-1997.

Illum hija Qaddisa tal-Knisja Kattolika u magħrufa bħala Santa Tereża ta’ Calcutta. Kienet missjonarja kbira li għamlet ħafna ġid.

Wara 18-il sena fi Skopje, imxiet għall-Irlanda u wara għall-Indja fejn qattgħet il-biċċa l-kbira ta’ ħajjitha.

Fl-1950, waqqfet il-Missjonarji tal-Karità, li saħansitra jinsabu wkoll f’Bormla f’pajjiżna stess.

Kienet iddur mal-morda, titħallat ma’ kulħadd anke dawk b’mard serju. Kienet irrispettata għall-umiltà kbira u l-faqar li għexet fih fejn dejjem tat ħajjitha għal ħaddieħor bla ma stenniet xejn lura.

Insellmulha.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com