Bil-Filmat: Chaya Connor Tintagħżel Biex Tirrappreżenta Lil ‘FFW Fashion Food Wine’ Fl-Italja

Chaya Connor ta’ 15-il sena minn Buġibba rrappreżentat lil pajjiżna f’ The Look of the Year 2021 World Fashion Event f’San Remo.
Hija l-ewwel tfajla Maltija li mill-ewwel, għamlet suċċess f’dan l-avveniment tant prestiġġjuż fejn intgħażlet minn FFW Fashion Food Wine biex tirrappreżentahom fis-sena li ġejja 2022.
Dan kien l-ewwel spettaklu tal-moda barra minn xtutna għal Chaya.
It-tfajla hija wkoll taħt id-direzzjoni tas-Sinjura Michelle Muscat bħala ‘mentor’ filwaqt li Chaya tifforma parti mill-aġenzija Vipaj Academy immexxieha minn Janice Busuttil.
Araw il-mument fejn Chaya ngħatat din l-opportunità sabiħa… Awguri lil Chaya.