Jibda Jingħata L-Booster Lil Dawk Li Għandhom Aktar Minn 70 Sena

 Jibda Jingħata L-Booster Lil Dawk Li Għandhom Aktar Minn 70 Sena

Mil-lum beda jingħata l-booster tal-vaċċin tal-Covid-19 lil persuni li għandhom ’il fuq minn 70 sena.

Dan ħabbru d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne dalgħodu permezz tal-mezzi soċjali tiegħu fejn qal li dawk il-persuni minn 70 sena ‘il fuq ħa jkunu qed jirċievu l-istedina biex jieħdu l-booster tal-vaċċin.

Huwa tenna li min jirċievi l-appuntament għandu jaċċetta u jmur jitlaqqam kif indikat.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com