Bil-Filmat: Diversi Persuni Mejta Wara Li Jiftaħ In-Nar F’Università Fir-Russja

 Bil-Filmat: Diversi Persuni Mejta Wara Li Jiftaħ In-Nar F’Università Fir-Russja

S’issa konfermati tmien persuni mejta u diversi oħra midruba fi sparatura fl-Università ta’ Perm, fir-Russja.

F’diversi filmati jidher l-aggressur dieħel fl-Università armat b’senter, u filmati oħra ta’ studenti jaqbżu mit-twieqi b’mod iddisprat sabiex jaħarbu mill-aggressur.

Ir-raġel ġie arrestat mill-Pulizija Russa wara li weġġa’ waqt li kien qed jipprova jirreżisti l-arrest. Huwa ġie identifikat bħala student.

L-Università ġiet evakwata wara l-inċident filwaqt li aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com