Bil-Filmat: Ifaqqsu Numru Ta’ Fkieren Fil-Bajja Tar-Ramla L-Ħamra Matul Il-Lejl Li Għadda

Matul il-lejl li għadda 22 fekruna faqqsu fil-Bajja tar-Ramla l-Ħamra f’Għawdex.
Dan kien konfermat mill-Wildlife Rescue Team Malta f’messaġġ fuq il-mezzi soċjali tagħhom hekk kif voluntiera kienu fuq il-post.
Huma qalu li fil-jiem li ġejjien ħa jkompli jagħmlu moniteraġġ taż-żona f’każ li jkun hemm iktar fkieren li jfaqqsu.