Bil-Filmat: Jtellgħu 9,200 Kilogramma Ta’ Skart Minn Qiegħ Il-Baħar

 Bil-Filmat: Jtellgħu 9,200 Kilogramma Ta’ Skart Minn Qiegħ Il-Baħar

L-organizzazzjoni volontarja Żibel għal darba oħra reġgħet kienet protagonista sabiex inġabru mad-9,200 kilogramma ta’ skart mormi fil-baħar.

Din il-clean-up saret f’Manoel Island u ħadu sehem 65 voluntier li jikkonsistu f’bugħaddasa, għawwiema u persuni fuq ix-xatt jisseparaw l-iskart u jikkoordinaw l-operazzjoni li ħadet b’kollox ħames t’ijiem.

Fost l-affarijiet li nstabu f’qiegħ il-baħar kien hemm oġġetti prezjużi bħal tazzi tal-kristall, laptop, għodda, kameras u anke siġra tal-milied taċ-ċeramika.

Permezz ta’ krejn il-voluntiera rnexxilhom itellgħu l-ammont kbir ta’ skart fuq l-art, li dan kien jinkludi:

232.98 kilogramma ta’ plastik

356.86 kilogramma ta’ ħbula u xbieki tas-sajd

1,139.32 kilogramma ta’ ħġieġ

1,098.3 kilogramma ta’ metal

5,505.88 kilogramma tyres

867.48 kilogramma ta’ skart imħallat

Total ta’ 9,200.82 kilogramma

Ara l-filmat:

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com