Cyrus Engerer Maħtur Bħala N-Negozjatur Tas-Soċjalisti Dwar Il-Qagħda Tad-Drittijiet Fundamentali Fl-UE
Il-Membru Parlamentari Ewropew Laburista Cyrus Engerer għadu kif ġie maħtur bħala n-negozjatur tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi fuq r-rapport dwar l-qagħda tad-drittijiet fundamentali madwar l-Unjoni Ewropea.
Dan huwa s-sitt rapport li Engerer ġie fdat bih bħala negozjatur fl-ewwel 9 xhur tal-mandat tiegħu.
F’dawn l-aħħar ftit xhur, Engerer kiseb fama fil-Parlament Ewropew bħala l-vuċi għad-drittijiet fundamentali madwar l-Ewropa. Aktar kmieni din is-sena, Engerer mexxa n-negozjati fuq riżoluzzjoni storika li kkundannat b’saħħa l-azzjonijiet tal-Gvern Ungeriż kontra ċittadini tagħhom stess li jidentifikaw bħala LGBTIQ, u li sejħet lill-Kummissjoni Ewropea biex twaqqaf kull tip ta’ fondi Ewropej lill-Ungerija sakemm l-Gvern mmexxi minn Viktor Orban jirrimedja s-sitwazzjoni.
Qabel dan, Engerer kien ukoll maħtur bħala n-negozjatur tas-Soċjalisti u Demokratiċi fuq riżoluzzjoni li kkundannat t-twaqqif ta’ ‘LGBT-free zones’ fil-Polonja u l-Ungerija, filwaqt li ddikkjarat lill-Unjoni Ewropea bħala ‘LGBTIQ Freedom zone’ – b’ritaljazzjoni kontra l-omofobija li kienet qiegħda tikber f’dawn ir-reġjuni, u madwar l-Unjoni Ewropea.
F’kummenti wara l-ħatra tiegħu, l-MPE Engerer qal li “d-drittijiet fundamentali huma pilastru għad-demokrazija tagħna. Huwa grazzi għall-Karta tad-Drittijiet Fundamentali li tipproteġi l-identità ta’ kull persuna bħala individwi uniċi. Din il-karta tipproteġi l-libertajiet tagħna. L-libertà li tkun int innifsek, l-libertà li tesprimi lilek innifsek, u l-libertà li tħobb. Huwa ta’ unur għalija li ġejt appuntat n-negozjatur għall-akbar grupp fuq ix-xellug tal-ispettru politiku tal-Parlament Ewropew. Din hi opportunita’ biex nuri r-realtà tad-drittijiet fundamentali fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll f’pakkożna.”