Żagħżugħ Weġġa’ Gravi Wara Li Ħabat Bil-Mutur Ma’ Ħajt f’Raħal Il-Ġdid

 Żagħżugħ Weġġa’ Gravi Wara Li Ħabat Bil-Mutur Ma’ Ħajt f’Raħal Il-Ġdid

Matul il-lejl li għadda Raġel barrani ta’ nazzjonalità mhix magħrufa ta’ 29 sena tilef il-kontroll tal-mutur Honda li kien qiegħed isuq u ħabat ma’ ħajt.

L-inċident seħħ illum għall-ħabta tas-2am, fi Vjal Sir Paul Boffa, Raħal il-Ġdid.

Ir-raġel ingħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com