Dawn Il-Ġelati Fihom Ingredjent Li Mhux Awtorizzat Fl-UE
Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni addizjonali li rċieva, l-imsemmijin prodotti m’għandhomx jiġu kkunsmati għaliex instab li fihom ingredjent li potenzjalment fih l-Ethylene oxide.
Deskrizzjoni tal-prodott: Mini cones – Vanilla and Chocolate (x 8)
Ditta: Milka
Data tad-durabbilità: Lulju 2022
Lott: OS1113 u OS1114
Deskrizzjoni tal-prodott: Mandorle e Vaniglia di Java (x 4)
Ditta: Nuii
Data tad-durabbilità: Ottubru 2022; Mejju 2023
Lott: Ml0296; UE1137
Deskrizzjoni tal-prodott: Cioccolato Biancho con Caramello e Noci Pecan del Texas (x 4)
Ditta: Nuii
Data tad-durabbilità: April 2023
Lott: Ml1109
Deskrizzjoni tal-prodott: Mixed – Caramello salato e Noci Macadamia Australiane / Cioccolato Bianco e Vaniglia di Java / Cioccolato Fondente e Mirtilli dei Paesi Nordici
Ditta: Nuii Mini
Data tad-durabbilità: Ġunju 2023
Lott: Ml1159
L-Ethylene oxide huwa pestiċida li l-użu tiegħu fl-ikel mhuwiex awtorizzat fl-Unjoni Ewropeja, iżda hu awtorizzat f’pajjiżi barra l-UE. Għalkemm il-konsum tal-prodott mhux ta’ riskju immedjat, hemm riskju ikbar jekk ikel differenti li jkun ikkontaminat b’din il-kimika jittiekel għal perjodu ta’ żmien. Għaldaqstant, wieħed għandu jnaqqas kemm jista’ jkun il-konsum ta’ prodotti li jkun fihom din il-kimika, anke jekk f’livell baxx.