Raġel Ħa Jitressaq Il-Qorti B’Arrest B’Rabta Ma’ Vjolenza Fuq Pulizija

 Raġel Ħa Jitressaq Il-Qorti B’Arrest B’Rabta Ma’ Vjolenza Fuq Pulizija

Dalgħodu għall-ħabta tal-11:30am ser jitressaq il-Qorti raġel ta’ 51 sena minn Ħal Qormi akkużat li kkawża ġrieħi gravi fuq Pulizija.

Il-każ seħħ nhar il-Ħadd, 26 ta’ Settembru 2021, għal xi t-tlieta u nofs ta’ waranofsinhar, waqt li l-Pulizija kienet qed tinvestiga rapport fi Triq il-Kus, Ħal Qormi.

Żewġ Pulizija tad-Distrett ta’ Ħal Qormi marru fuq il-post sabiex ikellmu raġel ta’ 51 sena, residenti Ħal Qormi stess rigward rapport ta’ aggressjoni u theddid fil-konfront ta’ persuna oħra. Waqt li kienu qegħdin ikellmuh, ir-raġel kien aggressiv fl-atteġġjament tiegħu, filwaqt li beda ukoll jonqos li jobdi l-ordnijiet tal-Pulizija.

Kien għalhekk ġie nfurmat li se jiġi arrestat, iżda f’dan il-mument r-raġel ipprova jaħrab u ħebb għall-pulizija, bil-konsegwenza li wieħed mill-pulizija weġġa’, itttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

Ir-raġel inżamm arrestat u aktar tard meħud il-lockup fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija il-Furjana.

Illum, huwa ser jitressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Rachel Montebello, akkużat li kkawża ġrieħi ta’ natura gravi lil Pulizija u li rreżista l-arrest, fost oħrajn.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com