Dendluhom Mal-Krejnijiet Fil-Pubbliku Biex Jagħtu Twissija
It-Talibani qatlu erbat irġiel li kienu suspettati bi ħtif. Dendluhom mal-krejnijiet fil-pubbliku fil-Belt ta’ Herat. Jidher li huma ħatfu negozjant u anke lil ibnu bl-episodju jispiċċa fi sparatura ma’ ġellieda Talibani.
Intqal li dawn l-irġiel iddendlu bħala tagħlima għal min jipprova jagħmel l-istess.
Bosta persuni ġibdu filmati tal-irġiel imdendla fuq il-mobile phones tagħhom mill-pjazza ta’ Mostofiat.
Iżjed minn hekk, issa t-Talibani ddeċidew ukoll li jerġgħu jdaħħlu l-piena tal-mewt lil min jinqabad joqtol u l-qtugħ il-pali tal-id lil min jinqabad jisraq.
Ritratt: news.com.au