Diġà Ġimgħa Mingħajr Restrizzjonijiet Tal-Covid-19 Fid-Danimarka

 Diġà Ġimgħa Mingħajr Restrizzjonijiet Tal-Covid-19 Fid-Danimarka

Id-Danimark neħħiet ir-restrizzjonijiet kollha marbuta mal-Covid-19 nhar il-Ġimgħa li għaddiet 10 ta’ Settembru 2021. B’hekk, hija l-ewwel pajjiż fl-Unjoni Ewropea li marret lura totalment għall-ħajja kif kienet qabel il-pandemija.

Il-Ministru tas-Saħħa tal-pajjiż, Magnus Heunicke qal li l-isforz tal-poplu u l-vaċċinazzjoni li saret ser ikunu l-pedament għaliex ser ikunu pajjiż b’saħħtu.

L-Awtoritajiet tas-Saħħa Daniżi approvaw dan u qalu li l-virus m’għadux ta’ theddida għas-soċjetà minħabba r-rata għolja ta’ vaċċinazzjoni b’inċidenzi minimi ta’ mwiet.

Issa, anqas iċ-ċertifikat tal-vaċċin mhu ser ikun meħtieġ li jintwera meta persuni jmorru fir-ristoranti, ċentri sportivi jew nightclubs fejn intqal ukoll, li saħansitra tfal li jkunu f’kuntatt viċin ta’ persuni bil-Covid-19 mhux se rjibqgħu jintbagħtu d-dar.

Issemma li dawk biss infettati, ser ikunu qed jagħmlu kwarantina. L-iskejjel infteħu b’mod normali u n-nies irritornaw fl-uffiċji tagħhom.

Ritratt: Politico

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com