“Se Nibqgħu L-Forza Politika Li Tisma’, Tifhem U Taġixxi B’Umiltà Sabiex Intejbu Dan Il-Pajjiż.” – Il-PM Robert Abela

 “Se Nibqgħu L-Forza Politika Li Tisma’, Tifhem U Taġixxi B’Umiltà Sabiex Intejbu Dan Il-Pajjiż.” – Il-PM Robert Abela

“Kull riforma li tinbet mis-soċjetà hija l-ikbar opportunità biex filwaqt li nibqgħu sodi fil-prinċipji tagħna, inġeddu ħidmietna.  Irridu u se nibqgħu pajjiż riformista. Filwaqt li aħna, bħala partit, impenjati li nibqgħu l-iktar għodda effettiva biex dawk ir-riformi jsiru realtà.”

Huwa b’dan il-ħsieb li l-Prim Minstru indirizza l-Business Breakfast tal-Partit Laburista biex inkomplu nfasslu l-politika tagħna għaż-żmien li ġej.

“Fiċ-ċentru ta’ xogħolna hemm il-motivazzjoni li nibnu fuq il-ħafna tajjeb li għandna f’Malta li tant inħobbu.  Iżda, daqstant ieħor determinati li nagħrfu fejn stajna għamilna aħjar u nindirizzawh.  Għax la qatt ħsibna u lanqas qatt se nibdew naħsbu li aħna perfetti.”

Il-Prim Ministru qal ukoll kif Malta li ma tibżax mill-bidla hi Malta li tkompli tikber u tissaħħaħ.

“Nemmen li l-pandemija, bl-isfidi kollha li ġabet magħha, tatna wkoll lok biex nirriflettu iktar dwar x’pajjiż nixtiequ… mhux biss biex naħdmu fih, iżda biex inrabbu l-uliedna  u biex f’ħajjitna nsibu kif u fejn niddevertu, jkollna l-iżvog tagħna u ngawdu l’xulxin. Malta tal-lum hi aħjar minn Malta ta’ għaxar snin ilu, bħalma Malta ta’ għaxar snin ilu kienet aqwa minn Malta ta’ għoxrin sena qabel. Għax għarafna li l-pedamenti li għamilna bl-Indipendenza u l-Ħelsien, nibnu fuqhom ġebla fuq ġebla.”

Robert Abela saħaq ukoll kif dan il-poplu dejjem għażel li jibqa’ jġedded u jimxi ‘l quddiem u aħna qed inkomplu noffru dan it-tiġdid.

“Il-mistoqsija li rridu nwieġbu llum hi kif se nġeddu l-politika tagħna biex minn dik in-nefqa, li diġa’ qed trendi ħafna, ikollna ġenerazzjonijiet ġodda li jekk il-ġenituri tagħhom iddependew fuq il-benefiċji huma jitilqu jiġru… Il-Partit Laburista għandu bieb miftuħ għall-ideat.  Se nibqgħu l-forza politika li tisma’, tifhem u taġixxi b’umiltà sabiex intejbu dan il-pajjiż. Għalhekk qed niffukaw fuq kwalità ta’ ħajja aħjar għal kulħadd fil-politika tagħna. Għax l-għan politiku tagħna hu li Inġeddu Malta Flimkien.” Temm jgħid il-PM Robert Abela.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com