Edward Scicluna Jitlef Kawża Ta’ Libell Kontra Kumment Li Kien Għamel Simon Busuttil
L-ex Ministru u Gvernatur attwali tal-Bank Ċentrali ta’ Malta Edward Scicluna dalgħodu fil-Qorti tilef kawża ta’ libell li kien fetaħ kontra l-ex Kap tal-PN Simon Busuttil.
Il-kumment li kien kiteb Simon Busuttil fuq il-mezzi soċjali tiegħu f’Lulju tal-2019 kien jgħid, “Bħala pajjiż taż-żona tal-ewro ma jistax ikollna Ministru tal-Finanzi mdaħħal f’investigazzjoni dwar il-ħasil tal-flus. Għall-ġid ta’ pajjiżna Edward Scicluna għandu jitlaq issa, almenu sakemm ikklerja ismu.”
Dan il-kumment kien qalu fi żmien meta Edward Scicluna kien qed jissemma bħala kandidat potenzjali għall-Kummissarju Ewropew.
Scicluna kien qal li dan il-kumment kien għamillu ħasra kbira għaliex qal li huwa ma kienx involut fil-ftehim tal-isptarijiet. Fil-fatt huwa kien investigat dwar il-ftehim ta’ privatizzazzjoni ta’ tliet sptarijiet tal-Istat, flimkien ma’ Konrad Mizzi u Chris Cardona.
Il-Maġistrat Rachel Montebello fis-sentenza tagħha ċaħdet il-kawża ta’ libell fejn irrimmarkat li dak li qal Simon Busuttil ma jikkostitwixxi l-ebda danni fil-konfront ta’ Edward Scicluna.
As a #eurozone country we CANNOT AFFORD to have a Finance Minister embroiled in a money laundering investigation.
For the sake of our country @edward_scicluna MUST GO NOW, at least until he clears his name. https://t.co/dQwUCzwW99— Simon Busuttil (@SimonBusuttil) July 19, 2019