Iċ-Ċerimonji Tal-Gradwazzjoni Tal-2020 Se Jsiru Din Is-Sena Mal-Gradwati Tal-2021

 Iċ-Ċerimonji Tal-Gradwazzjoni Tal-2020 Se Jsiru Din Is-Sena Mal-Gradwati Tal-2021

Il-Kunsill Studenti Universitarji ħabbar li l-Università ta’ Malta se tkun qed torganizza ċ-ċerimonji tal-gradwazzjoni ta’ din is-sena.

Qal li ċ-ċerimonji tal-2020 u tal-2021 ta’ studenti li studjaw f’livell ta’ Baċċellerat mistennija jsiru din is-sena, filwaqt iċ-ċerimonji ta’ studenti li studjaw f’livell ogħla, imbagħad se jkunu qed isiru fil-bidu tas-sena d-dieħla.

Madanakollu s’issa, l-Università għadha ma ħabbritx konferma tad-dati. Dawn huma mistennija li jitħabbru fil-jiem li ġejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com