“Il-Kapitli T’Alla” Fil-Mosta – Se Żżuruha?

 “Il-Kapitli T’Alla” Fil-Mosta – Se Żżuruha?

Is-Soċjetà Filarmonika Nicolo Isuoard Mosta ser tkun qed tilqa’ esebizzjoni ta’ pittura u skultura tal-artist Antonio Mifsud. Il-Kapitli t’Alla huwa t-titlu ta’ din is sitt esebizzjoni personali ta’ Mifsud. Din il-kollezzjoni ser tkun miftuħa mit- 22 t’Ottubru sal-31 t’Ottubru 2021.

Għal din il-kollezzjoni Antonio Mifsud qed jippreżenta lill-pubbliku numru ta’ kwadri u skultura bi sfond sagru. Tispikka l-fuzjoni bejn l-iskultura u l-pittura, il-figurattiv u l-astratt, timbri sinonimi u stil uniku ta’ dan l artist.

Mwieled il-Ħamrun fl 1977, Mifsud beda l-istudji tal-arti ma’ Dr.Gorg Mallia fis-Seminarju tal-Arċisqof u tħarreġ mal-iskultur, Il-Kav. Alfred Camilleri Cauchi. Huwa stabilixxa ruħu fil qasam tal-arti sagra u dik monumentali, għalkemm huwa rinomat ukoll għall-veduti oriġinali tiegħu.

Il-kapitli t’ Alla ser tiftaħ il-bibien tagħha mit-22 t’Ottubru sal-31 t’Ottubru 2021.

Mit-Tnejn sas-sibt mis-18.30 – 21.00
Il-Ħadd mid-9.00 am sa 12.00 u mis-18.30 sad 21.00
Il-qliegħ minn biċċa xogħol artistka mill-kollezzjoni ser imur b risq il-Hospice Malta

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com