“Il-Marda Ma Tieqaf Tipprogressa Qatt…” – Il-Maratona ‘926tofinish’ Għat-Tieni Dar Bjorn

“Il-marda ma tieqaf tipprogressa qatt, tibqa’ għaddejja kultant b’ritmu iktar bil-mod. Dawn l-aħħar ġimgħat qed ikolli ħafna problemi biex niekol għax qed nixraq kull meta nibla’. Qed ikolli ħafna choking episodes li kultant ikunu tal-biża’ għax litteralment tibda tifga, kif ukoll il-ftit movimenti li kelli f’idejja u saqajja telqu wkoll.”
Dan huwa kliem Bjorn Formosa fejn konsistentament jispjega pass pass minn xhiex jgħaddi minħabba l-marda tal-ALS.
Nhar il-Ħadd li ġej, 26 ta’ Settembru huwa jum il-Maratona 926tofinish fejn il-pubbliku huwa mħeġġeġ jgħin lil Bjorn sabiex jiftaħ it-tieni dar tiegħu.
“Dejjem nistennew x’inhi d-diżabilità l-ġdida li ħa titfaċċa iktar ma jgħaddi ż-żmien. Iżda dan mhux jien biss nesperjenzah imma kull min għandu l-ALS jgħaddi minn dan il-martirju kollu”, spjega Bjorn.
#926tofinish – Nhar il-Ħadd 26 ta’ Settembru, ngħinuh jiftaħ it-tieni dar.




