L-Arc De Triomphe Fi Franza Kif Qatt Ma Rajtu Qabel

 L-Arc De Triomphe Fi Franza Kif Qatt Ma Rajtu Qabel

Wara 60 sena dan il-proġett artistiku sar realtà. Kien fl-1960 meta l-artist Bulgaru Christo ġietu din l-idea li jagħmel installazzjoni artistika billi jdawwar l-Arc de Triomphe bid-drapp.

L-artist Christo Vladimirov Javacheff miet propju f’Mejju tas-sena 2020, ftit qabel ma kellha ssir din l-installazzjoni li eventwalment minħabba s-sitwazzjoni tal-COVID-19 tmexxiet għal din is-sena. Proġett li xorta ma kellux ix-xorti li jara lest.

F’din l-installazzjoni artistika ntużaw 25,000 metru kwadru ta’ drapp, li kesa kompletament l-Arc de Triomphe. Proġett li ġie jiswa €14-il miljun li ġie mħallas minn xogħolijiet tal-artist innifsu li nbiegħu.

Dan il-proġett ġie inawgurat mill-President Franċiż Emmanuel Macron nhar il-Ħamis li għadda, u ħa jibqa’ sat-3 ta’ Ottubru.

Ammont kbir ta’ nies diġà qed immorru sabiex jaraw din l-installazzjoni artistika, fejn matul tmiem il-ġimgħa t-triq traffikuża ħafna qed tingħalaq sabiex tkun kompletament għan-nies.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com