Il-Parlament Wara L-Pandemija – Delegazzjoni Parlamentari Maltija Qed Tieħu Sehem F’Konferenza Fl-Irlanda

 Il-Parlament Wara L-Pandemija – Delegazzjoni Parlamentari Maltija Qed Tieħu Sehem F’Konferenza Fl-Irlanda

L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia qiegħed imexxi delegazzjoni parlamentari f’Belfast, l-Irlanda ta’ Fuq, fejn se tkun qed tinżamm il-50 konferenza tal-British Isles and Mediterranean Region (BIMR) tal-Assoċjazzjoni Parlamentari tal-Commonwealth. Id-delegazzjoni hija magħmula mid-Deputati Parlamentari Karl Gouder u Clyde Puli.

Fi stqarrija ntqal li t-tema magħżula għal din il-konferenza, li se tiltaqa’ bejn il-21 u t-22 ta’ Settembru 2021, hija ‘Post-Pandemic Parliament’ fejn id-delegati se jkollhom l-opportunità jipparteċipaw f’diversi workshops dwar kif ix-xogħol ta’ kull assemblea leġiżlattiva tal-pajjiżi li qed jieħdu sehem ġie affettwat bl-imixja tal-COVID-19. Id-diskussjonijiet se jkunu wkoll qed jiffokaw fuq x’sar u x’se jkompli jsir biex dawn l-isfidi jiġu indirizzati. F’dan il-kuntest il-konferenza għandha l-għan li tgħin lil dawn l-istituzzjonijiet biex iħejju ruħhom aħjar għal sitwazzjonijiet simili li jistgħu jseħħu fil-futur.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com