Il-PN Jappella Għal Aktar Sensittività Waqt L-Osservazzjoni Tal-Protokolli Tas-Saħħa Pubblika

 Il-PN Jappella Għal Aktar Sensittività Waqt L-Osservazzjoni Tal-Protokolli Tas-Saħħa Pubblika

Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija qal li jaqbel li minħabba f’diversi fatturi marbutin mal-varjant tal-COVID-19, persuni li jkunu ġejjin minn dawk il-pajjiżi definiti bħala red zones għandhom jagħmlu perjodu ta’ kwarantina. Dan sabiex jiġi żgurat li s-saħħa pubblika tibqa tiġi mħarsa.

“Min-naħa l-oħra iżda, il-Partit Nazzjonalista qiegħed jirċievi diversi rapporti mingħand persuni, li minkejja li għandhom residenza alternattiva, jew ikunu għamlu arranġamenti oħra għal kwarantina, qieħed jiġi mpost fuqhom l-obbligu li jagħmlu din il-kwarantina f’lukandi bi ħlas.”

Intqal li dan qiegħed iwassal għal piżijiet finanzjarji bla bżonn fuq dawn il-persuni. Għalhekk il-Partit Nazzjonalista jitlob għal aktar trasparenza fejn jidħol il-bżonn ta’ kwarantina għal dawn il-persuni u jappella għal sensittivita’ tal-awtoritajiet tas-saħħa għal dan kollu, filwaqt li jibqgħu jiġu osservati l-protokolli tas-saħħa pubblika. Din kienet iffirmata mill-Kelliem għas-Saħħa fi ħdan il-PN Stephen Spiteri.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com