Il-PN Jgħid Li L-Istudenti Universitarji Għandhom Jattendu Lectures Fiżikament

Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija ffirmata mill-Kelliem għall-Edukazzjoni u Sport Clyde Puli ħeġġeġ lill-Ministeru tal-Edukazzjoni jagħmel l-isforzi kollha tiegħu biex l-istudenti universitarji jinstabilhom spazju xieraq fejn jistgħu jattendu l-lectures fiżikament.
Huwa kompla jisħaq li dan għandu jsir sabiex anke huma jgawdu mill-esperjenza u l-benefiċċji tal-ħajja universitarja fl-interita tagħha.
“Għaqdiet tal-studenti lmentaw li mhux kulħadd qed jingħata din l-opportunitá minkejja li l-maġġoranza tal-istudenti huma mlaqqmin,” tenna Clyde Puli.
“Il-Partit Nazzjonalista jemmen li l-istudenti għandhom jingħataw kull appoġġ f’mument daqstant kruċjali għal ħajjithom” temmet tgħid l-istqarrija.