Il-PN Jipproponi Sa €25,000 Tan-Nefqa Biex Jgħin Niċeċ Turistiċi Jiġu Reklamati

 Il-PN Jipproponi Sa €25,000 Tan-Nefqa Biex Jgħin Niċeċ Turistiċi Jiġu Reklamati

Mill-Qawra tad-Dwejra, ġewwa Għawdex permezz ta’ kummenti li taw il-Kelliem ewlieni Peter Agius u l-Kandidat Darren Carabott spjegaw il-proposti tal-Partit Nazzjonalista għas-settur turistiku, b’emfasi fuq in-niċeċ turistiċi.

Fost il-100 proposta teknika u spjegati f’dettall fid-dokument 2+8 ‘A way forward to tourism recovery’, il-Partit Nazzjonalista qed jipproponi emfasi mġedda b’appoġġ konkret għat-turiżmu tan-niċeċ. Fost in-niċeċ identifikati hemm il-Gastronomija u l-użu aħjar tal-prodott Malti, l-Agri-turiżmu, il-Patrimonju Kulturali u Reliġjuż kif ukoll id-Diving.

Il-Kelliem tal-PN Peter Agius spjega kif l-iskejjel tal-bugħaddasa u l-aġenziji li jġibu turisti minn barra biex igawdu l-baħar ta’ madwarna jistgħu jiġu megħjun bil-proposta tal-PN għal co-marketing, fejn Gvern ġdid Nazzjonalista jidħol parteċipi biex isiru kampanji mmirati lejn attività partikolari u suq partikolari b’mod immirat. Dan il-co-marketing iwassal għal għajnuna sa 25,000 euro tan-nefqa fil-marketing.

Agius spjega wkoll kif il-Gvern jeħtieġ jieħu rwol ferm aktar attiv biex jipproteġi r-riżorsa ewlenija ta’ din in-niċċa, u ċioe il-kwalità tal-baħar u l-biodiversita marina. Agius semma wkoll il-bżonn ta’ siti ta’ vapuri mgħerrqa li għal dan is-settur huma vitali u spjega kif il-vapur Hepheastus baqa’ ma tgħarraqx kif kien imwiegħed fil-ponta tal-Qala. “Dan jeħtieġ isir immedjatament għax ifisser spinta lis-settur kollu,” tenna Agius.

Darren Carabott spjega kif il-promozzjoni tas-settur turistiku jixpruna ‘trickle down effect’ li jibbenefika ħaddiema u negozji żgħar f’Malta u Għawdex kollha fuq diversi setturi. Carabott spjega kif l-influss tat-turist lejn Malta huwa vitali kemm għall-effetti diretti tiegħu fil-fatturat ta’ lukandi u restoranti kif ukoll fl-effetti indiretti fuq setturi li jagħtu servizzi lill-operaturi turistiċi.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com