Il-Pulizija B’Appell Għall-Informazzjoni Dwar Il-Mara Li Tilfet Ħajjitha F’Inċident Il-Gżira

Il-Pulizija qed tappella lill-pubbliku għall-informazzjoni dwar il-mara li tilfet ħajjitha wara li ttajret minn mutur. L-inċident seħħ ilbieraħ fi Triq ix-Xatt, il-Gżira.
Fi stqarrija l-Pulizija qalu li l-mara probabbilment jisimha Tinka Ivanova.
Il-Pulizija qiegħda tappella lill-pubbliku biex min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali, fuq in-numri ġenerali tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21224001 jew 119.
Informazzjoni tista’ tiġi mgħoddija ukoll fi kwalunkwe Għassa tal-Pulizija.