Illum Il-Festa Liturġika Ta’ Marija Addolorata

 Illum Il-Festa Liturġika Ta’ Marija Addolorata

Illum 15 ta’ Settembru, huwa jum il-festa liturġika ta’ Marija Addolorata.

Il-Knisja tfakkar id-duluri tal-Madonna darbtejn matul is-sena: nhar il-Ġimgħa tal-ġimgħa tal-Passjoni (il-Ġimgħa ta’ qabel il-Ġimgħa l-Kbira), u llum 15 ta’ Settembru.

Jingħad li l-ewwel waħda nbdiet f’Cologne, il-Ġermanja, fis-seklu 15 bħala tpattija tal-ereżija ta’ Ġovanni Hus. Dik tal-lum bdewha l-Patrijiet Serviti meta fl-1668 qalgħu permess mingħand il-Papa biex jiċċelebraw il-festa tas-Seba’ Duluri fit-tielet Ħadd ta’ Settembru. Meta mbagħad il-Papa Piju VII fl-1814 irritorna mill-eżilju estenda din il-festa għall-Knisja kollha bħala tifkira ta’ kemm il-Knisja (u hu personalment) batiet minn Napuljun.

Imbagħad, il-Papa San Piju X, meta għamel ir-riforma tal-Kalendarju liturġiku, iffissa d-data tal-festa fil-15 ta’ Settembru, fl-Ottava tat-Twelid tal-Verġni Marija.

F’San Pawl il-Baħar, illum ukoll tiġi ċċelebrata quddiesa bħal f’nhar il-festa.

Ritratt: Facebook/ Melvin Gauci

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com