Inċident Tat-Traffiku Bejn Żewġ Karozzi Fin-Naxxar

 Inċident Tat-Traffiku Bejn Żewġ Karozzi Fin-Naxxar

Ilbieraħ, għal xi l-10:30pm, seħħ inċident tat-traffiku bejn żewġ karozzi fi Triq il-Fortizza tal-Mosta, n-Naxxar.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn żewġ vetturi – Volkswagen Polo misjuqa minn raġel ta’ 50 sena residenti s-Swieqi u Toyota IQ misjuqa minn Taljan ta’ 19-il sena. Fil-Volkswagen, kien hemm ukoll mara ta’ 48 sena residenti s-Swieqi.

Huma ingħataw l-għajnuna minn tim mediku u l-mara kif ukoll it-Taljan ittieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar kura. Aktar tard, il-mara ġiet iċċertifikata li weġġgħet ħafif filwaqt li r-raġel ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ritratt: Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com