“Is-Sewwa Rebaħ” – Il-Partit Nazzjonalista

 “Is-Sewwa Rebaħ” – Il-Partit Nazzjonalista
Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista jilqa’ l-aħbar li Tony Debono, ir-raġel tal-eks Ministru għal Għawdex, Giovanna Debono, għal darba oħra ġie liberat mill-akkużi kollha li saru fil-konfront tiegħu, anke wara li l-Avukat Ġenerali appellat mis-sentenza li ngħatatlu f’Marzu.
Intqal li l-Qorti llum ikkonfermat li saret kampanja ta’ gideb kontra Tony u Giovanna Debono, intiża biss biex tħammeġ ir-reputazzjoni tagħhom.
“Għalhekk il-Partit Nazzjonalista jistenna li minnufih, il-Prim Ministru Robert Abela jagħmel apoloġija f’isem il-Partit Laburista, għall-kampanja tal-assassinju tal-karattru li saret fil-konfront ta’ Tony u Giovanna Debono, li minkejja l-isforzi tal-magna ta’ propaganda tal-Partit Laburista, ħareġ liberat minn kull akkuża’, temmet tgħid l-istqarrija.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com