“It-Tellieqa Elettorali Bdiet, Issir Meta Ssir L-Elezzjoni” – Alfred Sant

 “It-Tellieqa Elettorali Bdiet, Issir Meta Ssir L-Elezzjoni” – Alfred Sant

“It-tellieqa elettorali bdiet, issir meta ssir l-elezzjoni,” hekk stqarr Dr. Alfred Sant f’messaġġ li kiteb fuq il-mezzi soċjali tiegħu hekk kif il-lejla iż-żewġ partit ħa jkunu qed iwasslu diskorsi mistennija lill-partitarji tagħhom lejliet l-Indipendenza.

Sant kompla jgħid li “kull stqarrija u kull att politiku, tal-gvern, tal-Oppożizzjoni u tal-partiti se jkunu mitqiesa fil-qafas tal-kalkoli dwar l-andament elettorali.”

Kif mistenni l-magni tal-partiti se jibqgħu jissaħħu jum wara jum sabiex iwasslu l-vuċi tagħhom u dak li qed jipproponu. Alfred Sant jgħid li anke “fi ħdan il-partiti u bejniethom, l-manuvrar personali, tal-klikek interni u tal-magni tal-partiti se jibqa’ jitqawwa.”

“Se jkun hemm min jipprova jibni storja ta’ waħx u dwejjaq dwar dan kollu: biex mingħalih joskura l-partit li ma jaqbilx miegħu jew liż-żewġ partiti l-kbar, jew biex jilmenta minn kemm aħna l-Maltin aħna msieken fil-proċessi politiċi li nħaddmu,” jkompli jgħid Sant.

Huwa jtemm jgħid li “fir-realtà kull ma qed jiġri u se jiġri fit-tellieqa politika li għaddejja – xejn mhu differenti mix-xenarji elettorali li jitwettqu fid-demokraziji parlamentari tal-pajjiżi li nassoċjaw magħhom.”

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com