Il-Malta Fireworks Special Jiġi Fi Tmiem Il-Lejla Fil-Port Il-Kbir

 Il-Malta Fireworks Special Jiġi Fi Tmiem Il-Lejla Fil-Port Il-Kbir

Il-lejla hija l-aħħar ġurnata tal-Malta Fireworks Special li kien maqsum fuq erba’ t’ijiem, ġewwa ix-Xagħra, Mqabba, Mellieħa u l-lejla fil-Port il-Kbir.

Bla dubju dan il-festival kien mistenni ħafna wara nuqqas ta’ spettakli pirotekniċi kawża tal-pandemija.

Il-preparazzjonijiet fuq il-braken għaddejja ġmielha sabiex il-lejla wieħed jkun jista’ jsegwi dan l-ispettaklu pirotekniku li ħa jkun qed jibda fid-9pm.

Il-lejla fil-Port il-Kbir ħa jkunu qed jieħdu sehem 16-il għaqda tan-nar.

F’avviż li ħarġet l-MTA fakkret sabiex kulħadd għandu jżomm mar-regoli fis-seħħ tal-Covid-19 matul din l-attività. Wieħed jista’ jsegwi dan l-avveniment ukoll live fuq Facebook.

Ara l-programm hawn taħt:

Ritratt: Għaqda tan-Nar Marija Bambina Naxxar, A.D. 2012

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com