Jibda Jingħata L-Booster Dose Tal-COVID-19 f’Malta

 Jibda Jingħata L-Booster Dose Tal-COVID-19 f’Malta

It-Tnejn filgħodu bdew jingħataw mijiet ta’ booster doses lir-residenti tad-djar tal-anzjani madwar Malta. Dan il-proċess se jara eluf ta’ anzjani jirċievu l-booster dose fil-ġimgħat li ġejjin.

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne flimkien mal-Ministru għall-Anzjani u Anzjanità Attiva Michael Farrugia żaru dar tal-anzjani fil-Floriana fejn kienu qed jiġu amministrati l-booster doses.

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa aċċenna fuq kemm hu importanti li l-iktar persuni vulnerabbli jieħdu l-booster dose sabiex l-immunità tagħhom kontra l-COVID-19 tibqa’ b’saħħitha, speċjalment matul ix-xhur li ġejjin fejn jibda dieħel ukoll l-istaġun tal-influwenza. Huwa fakkar li l-persuni immunosopressi se jibdew jirċievu l-istedina għall-appuntamenti tal-booster mil-lum.

Il-Ministru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva Michael Farrugia qal li se jkunu qed jingħataw madwar 500 tilqima kuljum lil dawk l-anzjani li jgħixu fid-Djar tal-Anzjani, kif ukoll lil dawk li huma residenti f’San Vinċenz de Paul.

Dan il-proċess qed isir b’ħidma konġunta bejn l-Awtoritajiet għas-Saħħa u s-Social Care Standards Authority.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com