Kantanti Maltin Għal Fuq Programm Televiżiv Tal-Mediaset

 Kantanti Maltin Għal Fuq Programm Televiżiv Tal-Mediaset

Tlett kantanti Maltin ġew magħżulin minn ‘DiamonDay Association’ biex jitilgħu l-Italja fil-ġranet li ġejjin biex jieħdu sehem f’programm televiżiv bl-isem IBAND.

Il-kantanti Maltin li se jkunu qed jieħdu sehem f’dan il-programm huma Michela Deguara ta’ 22 sena, Nathaniel Attard ta’ 16–il sena u Gaia Gambuzza ta’ 12–il sena.

Dan il-programm se jixxandar fuq l-istazzjoni La5 fl-iskeda tax-xitwa li ġejja. Huma se jmorru ġewwa l-istudjos tal-Mediaset f’Milan, eżatt ġewwa Cologne Monzese fejn hemmhekk se jingħaqdu ma’ kantanti Taljani oħrajn.

Il-programm se jkun preżentat minn Claudio Guerrini u Crisula Stafida. Fil-ġurija hemm il-kantanta popolari Fiordaliso flimkien mal-kantant Marco Carta. Magħhom se jingħaqad il-mużiċist bravu Franċiż Jimmy Sax.

Awguri mit-tim ta’ StradaRjali!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com