Kif Int? – Kampanja Ġdida Dwar Is-Saħħa Mentali U Post Fejn Tista’ Titkellem

 Kif Int? – Kampanja Ġdida Dwar Is-Saħħa Mentali U Post Fejn Tista’ Titkellem

F’Malta kull jum 4 persuna jippruvaw jagħmlu suwiċidju. Kull xahar 3 persuni jirnexxielhom iwettqu suwiċidju.

Il-prevenzjoni tas-suwiċidju huwa jum mfakkar ta’ kull sena fl-10 ta’ Settembru. Din is-sena f’Malta ġiet imnedija s-sit kifint.com fejn l-għan tagħha huwa li tkun ta’ pjattaforma fejn int tista’ titkellem dwar dak li tkun qed tħoss u li għaddej minnu.

“Kemm il-darba sibt ruħi fix-xifer. Kemm il-darba sibt xi anġlu kustodju li saqsini “kif int?” u jreġġani lura f’sensija.” Dan hu dak li kiteb Jon Mallia wieħed mill-kollaburaturi ta’ dan il-proġett fejn spjega kif xi kultant kull ma bniedem ikun irid huwa li xi ħadd jisma’ u jistaqsih, kif int?

Jon Mallia jaqsam esperjenza personali ukoll fejn ta’ spiss li ta’ madwaru kien jgħidilhom li ma kienx qed iħossu tajjeb li jgħix f’din ħajja.

“Aħjar ma twelidt xejn għax ma din il-kultura ma nista’ nġiba żewġ b’xejn. Li kien imiss kien li l-eżistenza naqlala l-plakka,” tenna Jon. Huwa jkompli jgħid li kien ixxurtjat u sab min jisimgħu u jifhmu. Kien irnexxilu jerġa’ jsib xaqq ta’ tama fil-jum u l-ġejjieni.

“Waħdi ma kontx nasal għaliha. Waħdi kont nasal biex nindifen. Hu nifs, imqar wieħed u ikteb fil-browser kifint.com, Flimkien se nħossuna aħjar,” temm jgħid Jon filwaqt li ħeġġeġ lin-nies sabiex iżuru dan is-sit u jagħmlu użu minnu għaliex din il-problema nistgħu insolvuha biss billi nitkellmu.

Dan il-proġett huwa kollaborazzjoni bejn Richmond Foundation u Amigos Malta.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com