Kilo Marijuana Ikkonfiskata Mid-Dwana Qabel Waslet Fir-Residenza Indirizzata

 Kilo Marijuana Ikkonfiskata Mid-Dwana Qabel Waslet Fir-Residenza Indirizzata

Id-Dwana ta’ Malta waqt spezzjoni li kienu qed jagħmlu fuq pakketti li kellhom jitqassmu b’servizz ta’ courier sabu pakkett suspettuża li wara li saru lis-spezzjonijiet fuqu nstab li kien fih kilo ta’ droga Marijuana. Il-pakkett kien indirizzat lejn residenza li tinsab fiċ-ċentru ta’ Malta.

Fi stqarrija mid-Dwana ntqal li l-pakkett kien jikkonsisti f’borża tal-plastik li kien fiha żewġ envelops, li kull waħda minnhom kien fiha borża oħra tal-plastik b’0.5 kilogrammi ta’ sustanza suspettuża.

Iż-żewġ envelops kienu kemxejn tqal b’hekk ħolqu suspett, wara testijiet li saru fuq il-post taw indikazzjonijiet pożittivi li kienet droga Marijuana.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com