Kollaborazzjoni Bejn Il-Kunsill Ta’ San Gwann U L-Każin Tal-Banda Biex Jiġu Organizzati Attivitajiet Fiż-Żmien Il-Milied

 Kollaborazzjoni Bejn Il-Kunsill Ta’ San Gwann U L-Każin Tal-Banda Biex Jiġu Organizzati Attivitajiet Fiż-Żmien Il-Milied

Hekk kif żmien il-Milied qed joqrob il-Kunsill Lokali ta’ San Gwann ingħaqad mal-Għaqda Mużikali Madonna Ta’ Lourdes San Gwann biex jiffinanzja slitta tal-Milied biex tkun tista’ tintuża għal matul l-attivitajiet tal-Milied fil-lokal.

F’messaġġ fuq il-mezzi soċjali s-Sindku ta’ San Gwann Trevor Fenech spjega kif dan il-ftehim ħa jkun qed jobbliga lill-Banda, li jagħmel ‘Christmas Parade’ mat-toroq ta’ San Gwann għal 5 snin li ġejjien.

Apparti minn hekk is-Sindku qal li b’dan il-ftehim “din l-iSlitta tista’ tintuża mill-Banda għal attivitajiet oħra f’lokalitajiet oħra bħala fund raising.”

Trevor Fenech temm jgħid li “Għaqdiet lokali b’saħħithom jsarrfu f’lokalita’ b’saħħitha.”

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com