“Kuljum Il-Qorti Kriminali Qed Toħroġ Bejn 15 u 18 -il ‘Freezing Order’ Fuq Ħasil Ta’ Flus” – Jason Azzopardi

 “Kuljum Il-Qorti Kriminali Qed Toħroġ Bejn 15 u 18 -il ‘Freezing Order’ Fuq Ħasil Ta’ Flus” – Jason Azzopardi

Il-Membru Parlamentari Jason Azzopardi qal li ma tistax tibqa’ sieket meta kuljum, il-qorti kriminali qed toħroġ bejn 15 u 18-il freezing order fuq money laundering.

Enfasizza li dan qed iseħħ kuljum fejn qabel, kienu joħorġu madwar 6 f’sena sħiħa.

“Tafu x’ifisser hux? Hawn mijiet ta’ negozji u employers li qed jiġu ffriżati l-assi tagħhom fuq suspett ta’ money laundering. L-effett fuq il-business ser ikun tal-ġenn”, qal Azzopardi.

Fisser kif mhux ħażin li l-liġi qed tiġi applikata imma saħaq, li jirrabjah kif “il-Gvern ġab lin-negozjanti jidhru ħallelin meta Konrad Mizzi għadu jiġri barra.”

“Minħabba fih u l-money laundering tiegħu u ta’ 4 oħra, inkluż fuq 17 Black, KULJUM bejn 15 u 18-il persuna u negozju qed jissakkar u jindifen xogħolhom u l-futur tagħhom”, temm Jason Azzopardi fuq il-midja soċjali tiegħu.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com