L-Air Malta Se Terġa’ Tibda Titijiriet Lejn Gatwick, Madrid u Moska

Il-linja Nazzjonali tal-Ajru l-Air Malta ħabbret li se terġa’ tibda titjiriet bejn Malta u l-ajruport ta’ Gatwick f’Londra, Madrid u Sheremyevo f’Moska għas-sajf li ġej.
Dan intqal fi stqarrija mill-Air Malta fejn saħqet li se toffri vjaġġ lejn Gatwick fuq bażi ta’ kuljum fiwaqt li se ttir darbtejn fil-ġimgħa lejn Moska u tliet darba lejn Madrid.
Is-servizzi huma mistennija jibdew mis-27 ta’ Marzu tal-2022. Dan ifisser li l-Air Malta ser tkun qed toffri iżjed minn 250 titjira fil-ġimgħa lejn 20 destinazzjoni.
Ritratt: AirMalta/ @vladimir.vondruska