L-Uniku Tifel Li Salva Fl-Inċident Funikulari F’Mejju Li Għadda, Inħataf
Jekk tiftakru sew, lura f’Mejju li għadda seħħ inċident funikulari fl-Italja fejn il-passiġġieri mietu kollha minbarra tifel.
It-tifel Eitan Biran, ta’ 6 snin, tilef lil familtu kollha u kien qed jinżamm miz-zija tiegħu fl-Italja wara li ħareġ mill-isptar.
Jidher li qraba fl-Iżrael talbu għall-kustodja tat-tifel u ttieħed fil-pajjiż minn nannuh.
L-Awtoritajiet Taljani qed iqisu dan il-każ bħala ħtif fejn bħalissa għaddejjin l-investigazzjonijiet.