Malta Żżomm L-Ewwel Post Fl-Għoti Tal-Vaċċin

 Malta Żżomm L-Ewwel Post Fl-Għoti Tal-Vaċċin

Fi statistika li ħarġet fil-midja barranija dalgħodu jidher li Malta baqgħet iżżomm fuq quddiem net fl-għoti tal-vaċċin komparata ma’ pajjiżi oħra fid-dinja.

F’din lis-statistika jidher kif l-Ingilterra tinsab fit-13-il post b’63.8%, wara li dan il-pajjiż kien minn ta’ quddiem net lura lejn il-bidu tas-sena.

Jidher li dawk il-pajjiżi li waqgħu lura hemm fatturi differenti li wassal għal dan. Fost il-fatturi hemm li diversi pajjiżi fosthom l-Ingilterra bdew joffru l-vaċċin lil persuni ta’ etajiet żgħir ftit tal-ġranet ilu.

Jidher ukoll li bosta żgħażagħ għadhom ma ħadux il-vaċċin f’bosta pajjiżi. Dan minħabba li ħafna restrizzjonijiet ġew mneħħija qabel mal-pajjiż laħaq l-immunita’ tal-massa.

Diversi pajjiżi fl-Ewropa biex jippruvaw jinkoraġġixxu liż-żgħażagħ jmorru jieħdu l-vaċċin qed jintroduċu l-pass aħdar biex tkun tista’ tidħol f’diversi ħwienet ta’ divertiment.

Minn naħa l-oħra pajjiżna kellu kliem ta’ tifħir għal mod kif tneħħew b’mod gradwali r-restrizzjonijiet, dan b’riżultat li aktar nies marru jieħdu l-vaċċin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com