Maria Curmi Bil-Kanzunetta ‘Marelli Ma’ Tirbaħ Il-KKI Junior 2021

 Maria Curmi Bil-Kanzunetta ‘Marelli Ma’ Tirbaħ Il-KKI Junior 2021

Maria Curmi bil-kanzunetta ‘Marelli Ma’ hija r-rebbieħa tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza Junior 2021.

Il-kanzunetta rebbieħa kienet miktuba minn Emil Calleja Bayliss b’mużika ta’ Philip Vella.

Il-kantanti kienu maqsumin f’żewġ kategoriji fejn f’kategorija A b’età bejn is-6 u 11-il fl-ewwel post ikklassifikat ir-rebbieħa Maria Curmi bil-kanzunetta ‘Marelli Ma’, fit-tieni post ġiet Elai Abela Borg bil-kanzunetta ‘Wieħed u wieħed tnejn’ bi kliem ta’ Rita Pace u mużika ta’ Augusto Cardinali, filwaqt li fit-tielet post ġiet Mariah Agius bil-kanzunetta ‘Perfetti’ bi kliem ta’ Rita Pace u mużika ta’ Eliana Gomez Blanco.

Il-Premju tat-Televotin intrebaħ minn Aaliyah Vella bil-kanzunetta ‘Aħrilna Ma’.

Kategorija B tal-età bejn it-12 u l-15-il ġie fl-ewwel post Dean Pace bil-kanzunetta ‘L-Eroj Tiegħi’ b’kitba ta’ Rita Pace u mużika ta’ Aldo Spiteri u Bradley Spiteri. Fit-tieni post ikklassifikat Shanice Micallef bil-kanzunetta ‘Nitolbok’ miktuba minn Rita Pace u kompożizzjoni ta’ Eliana Gomez Blanco. Kensley Ciappara ġiet fit-tielet post bil-kanzunetta ‘Tgħallimt’ miktuba minn Rita Pace u b’mużika ta’ Kaya.

Il-preżentazzjonijiet lir-rebbieħa saret mis-Segretarju Ġenerali tal-PN Michael Piccinino fil-preżenza taċ-Chairman tal-kumitat organizzattiv tal-KKI Junior, Robert Cutajar.

Ara l-filmat:

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com