“Xiehda Li T-Talb Wasal…Grazzi” – Robert Arrigo Jaqleb Għall-Aħjar

 “Xiehda Li T-Talb Wasal…Grazzi” – Robert Arrigo Jaqleb Għall-Aħjar

Aħbar pożittiva dalgħodu hekk kif il-Viċi Kap tal-PN Robert Arrigo jidher li qaleb għal aħjar.

Ħabbar dan huwa stess permezz ta’ messaġġ fuq il-mezzi soċjali tiegħu dalgħodu.

Arrigo qal li għamel 10 t’ijiem fl-ITU kawża ta’ infezzjoni f’ġismu kkawżata minn ġebla żgħira.

Bħalissa għadu jinsab rikoverat l-Isptar Mater Dei, però Arrigo fil-messaġġ tiegħu qal li beda miexi bil-mod.

“Xiehda li t-talb wasal. Grazzi,” qal Robert Arrigo filwaqt li rringrazzja lil kulħadd tas-sapport kollu li rċieva, “ħallejtuni bla kliem,” temm jgħid.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com