Matul Il-Lejl Nirien Kbar Qabdu F’Scrapyard F’Ħal Luqa – Fadal Sigħat Biex Iż-Żona Tkun Sigura

 Matul Il-Lejl Nirien Kbar Qabdu F’Scrapyard F’Ħal Luqa – Fadal Sigħat Biex Iż-Żona Tkun Sigura

Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili matul il-lejl li għadda kienu mpenjati bla waqfien sabiex jitfu nirien kbar li qabdu ġewwa scrapyard f’Ħal Luqa.

Jidher li sa dalgħodu kienu għadhom għaddejja hekk kif irċievejna bosta ritratti mingħand diversi qarrejja tagħna tad-daħna li kienet għada tidher.

Il-Pulizija qalet li kienet infurmata bin-nar fit-telgħa ta’ Triq Garibaldi għall-ħabta tal-11.30pm.

F’messaġġ fuq il-mezzi soċjali l-Ministru Byron Camilleri ikkonferma dan l-inċident fejn qal li minkejja li s-sitwazzjoni issa tinsab taħt kontroll għad fadal bosta perikli. Huwa qal ukoll li l-operazzjoni fadlilha numru ta’ sigħat oħra sabiex iż-żona tkun sigura.

Il-Ministru Camilleri qal ukoll li għal din l-operazzjoni ntuża l-apparat kollu li nxtara dan l-aħħar għal żoni industrijali.

Ritratt fl-artiklu: Anthony Deguara

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com