“Metsola U Casa Astjenew Mill-Vot Li L-Vjolenza Tal-Ġeneru Tkun Meqjusa Reat Kriminali”

 “Metsola U Casa Astjenew Mill-Vot Li L-Vjolenza Tal-Ġeneru Tkun Meqjusa Reat Kriminali”

L-EU Observer f’artiklu minn Nikolaj Nielsen qalet li madwar 90 leġiżlatur mill-EPP astjenew fil-vot li jpoġġi l-vjolenza a bażi tal-ġeneru taħt il-kategorija kriminali taħt il-liġi Ewropea.

L-MEP’s fi ħdan l-EPP; l-akbar partit politiku fil-parlament Ewropew, li jinkludu lill-mexxej Manfred Weber u l-Viċi President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola u Rainer Wieland astjenew, minkejja li ħafna mill-membri tal-EPP ivvutaw favur.

Metsola u Wieland ivvutaw ukoll kontra emendi mil-lemin estrem li jisħqu li l-voljenza a bażi tal-ġeneru hija kriminali.

Minkejja l-ammont kbir t’astensjonijiet mill-EPP, il-leġislaturi tal-Unjoni Ewropea, nhar il-Ħamis 16 ta’ Settembru rnexxielhom jaddottaw talba lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tintroduċi “targeted legislation and policies to address all forms of violence and discrimination based on gender.” (Leġislazzjoni u politika li tindirirzza kull forma ta’vjolenza u diskriminazzjoni a bażi tal-ġeneru)

Intalab ukoll lill-Kummissjoni, biex tniżżel din it-tip ta’ vjolenza taħt it-trattati Ewropej; 427 vot favur, 119 kontra u 140 astensjonijiet kien ir-riżultat finali.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com