“Ninsab Imweġġa’, Muġugħa U Ddispjaċuta” – Iz-Zija TT Bid-Dmugħ F’Għajnejha
Gareth Chlach ta’ 22 sena u li jgħix Bormla nżamm arrestat kif ukoll kellu t-talba għall-ħelsien miċħuda mill-qorti.
Dan wara li wieġeb li mhux ħati li weġġa’ lis-sieħba tiegħu. Chlach ġie akkużat li nħar il-Ġimgħa li għadda, 10 ta’ Settembru 2021 ikkawża ġrieħi gravi lis-sieħba tiegħu f’Bormla kif ukoll heddidha li se tintuża l-vjolenza fil-konfront tagħha. Iż-żagħżugħ ġie akkużat ukoll b’pussess tad-droga kif ukoll li hu reċediv.
Fil-qorti ntqal li l-vittma kellha ġrieħi gravi fi mneħirha permezz ta’ daqqa ta’ ponn. L-Ispettur Eman Hayman qal li r-relazzjoni tagħhom kienet ilha għaddejja 8 xhur u li l-argument beda fuq użu tal-mobile tal-vittma.
Iz-Zija TT min-naħa tkellmet fuq fb live u spjegat il-parti tagħha.