“Priġunier Kellu L-Aċċess Għal Board Room Biex Juża Lilha U Jagħmel L-Isbaħ Sagħtejn Mas-Sieħba Tiegħu Hemmhekk” – Eks Impjegata Fil-Ħabs

 “Priġunier Kellu L-Aċċess Għal Board Room Biex Juża Lilha U Jagħmel L-Isbaħ Sagħtejn Mas-Sieħba Tiegħu Hemmhekk” – Eks Impjegata Fil-Ħabs

“Kien hemm żmien fejn priġunier partikolari kellu l-aċċess għal board rooom biex minflok il-post indikat għall-ispecial visits, juża lilha u jagħmel l-isbaħ sagħtejn mas-sieħba tiegħu hemmhekk,” dan u aktar ħareġ f’intervista ftit tal-jiem ilu fuq is-sit tal-aħbarijiet talk.mt meta saret intervista ma eks impjegata tal-ħabs u rrakkontat esperjenzi u s-sitwazzjoni fil-ħabs kif inbidlet hekk kif daħal id-Direttur tal-Ħabs Alexander Dalli.

Hija qalet li għalkemm “il-Kurunell Dalli jidher bombastiku, fil-verità huwa bniedem li jmexxi bl-eżempju. Meta tinqala sitwazzjoni ta; emerġenza, Dalli jkun hu ta quddiem li jinżel biex jikkontrolla s-sitwazzjoni,” tenniet tgħid din l-eks impjegata waqt din l-intervista.

Hi tkellmet ukoll fuq sitwazzjoni fejn qabel ma kien hemm il-Kurunell Dalli ċ-ċavetta tal-kċina li kien hemm fl-amministrazzjoni kienu jinżammu minn priġunier partikolari li kellu ċertu privileġġi. Kompliet tgħid ukoll li anke kien hemm żmien fejn priġunier kellu s-saħħa li biex tagħmel appuntament mad-Direttur tal-ħabs trid tmur għandu biex jirranġalek.

F’din l-intervista li hija maqsuma f’diversi partijiet, din l-eks impjegata li x’taqet li tibqa’ anonima kompliet tgħid li l-Kurunell Dalli kull min jafu personalment jaf li hu se joffrulek l-id tal-ħbiberija. “Għalih il-lealtà u l-ordni huma żewġ valuri importanti ħafna fit-tmexxija. Inutli tipprova taqbżu jew tmur kontra l-ordnijiet tal-post. Jien rajtu b’għajnejja jitkellem ma’ priġunieri u jistaqsihom kif inhuma u jekk jistax jgħinhom biex jirribiabilitaw ruħhom.”

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com