Żewġ Nisa U Raġel Weġġgħu F’Inċident Tat-Traffiku F’Għawdex

 Żewġ Nisa U Raġel Weġġgħu F’Inċident Tat-Traffiku F’Għawdex

Dalgħodu, għal xi t-8:30am, fi Triq l-Imġarr, r-Rabat, Għawdex seħħ inċident tat-traffiku bejn tliet vetturi.

Il-ħabta seħħet bejn Leyland misjuq minn raġel ta’ 69 sena residenti l-Munxar, Toyota Belta misjuqa minn raġel ta’ 52 sena residenti l-Għarb u Toyota Vitz misjuqa minn mara ta’ 61 sena residenti s-Sannat. Fit-Toyota Vitz, kien hemm ukoll mara ta’ 81 sena.

Tim mediku ta l-għajnuna u ambulanza ħadet lix-xufier tat-Toyota Belta u liż-żewġ nisa l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għal aktar attenzjoni medika. Aktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat bi ġrieħi ħfief, il-mara ta’ 61 sena ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi filwaqt li l-anzjana ġiet iċċertifikata bi ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Simone Grech ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com